It-Tlieta, 7 ta' Settembru 2010
L-Uffiċċju tal-Passaporti
Biddel il-lingwa ghal l'Ingliz

Informazzjoni

 
Fittex

Għajnuna

It-tagħrif fuq il-website tal-Uffiċċju tal-Passaporti jaqbel ma’ linji gwida mfassla biex iħaffu in-navigazzjoni.

It-tagħrif li ġej jgħinkom biex tifhmu l-istandards li użajna f’dan is-sit, kif ukoll kif tittrattaw ċertu tipi ta’ files.

Navigazzjoni

Kull paġna ta’ dan is-sit għandha sezzjoni tan-navigazzjoni fuq il-ġenb tax-xellug tal-iskrin.  Ma jintużawx frames għax dawn huma għodod żejda li aktar jistgħu jfixklu milli jgħinu.  Kull link fiha deskrizzjoni li tindikalek fejn twassal.  Din id-deskrizzjoni tidher meta wieħed iqiegħed il-pointer fuq il-link.

Speċifikazzjoni tas-sit

Il-website tal-Uffiċċju tal-Passaporti ġiet iddisinjata b’mod li tkun tista’ tintuża b’faċilità.  Is-sit inħadem fuq bażi ta' monitor b’reżoluzzjoni SVGA (800x600) li juża 256 kulur, izda faċli jintuża bi speċifikazzjoni aktar baxxa minn din.

Kompatibilita` tal-browsers

Il-website tal-Uffiċċju tal-Passaporti ġiet ittestjata fuq numru ta’ browsers fuq il-parti l-kbira ta’ computer operating systems eżistenti. Is-sit tal-Uffiċċju tal-Passaporti juża l-Cascading Style Sheets (CSS) biex jifformattja t-tagħrif testwali f’kull paġna.  L-ifformattjar CSS jiftiehem biss minn browsers minn verżjoni 4 ’l fuq.

Ipprintjar ta’ paġni

Il-website tal-Uffiċċju tal-Passaporti ġiet ittestjata fuq numru ta’ browsers fuq il-parti l-kbira ta’ computer operating systems eżistenti.  Is-sit tal-Uffiċċju tal-Passaporti juża l-Cascading Style Sheets (CSS) biex jifformattja t-tagħrif testwali f’kull paġna.  L-ifformattjar CSS jiftiehem biss minn browsers minn verżjoni 4 ’l fuq.

Bookmarking ta’ paġni

Wieħed jista’ jimmarka paġna partikulari b’bookmark billi mill-menu option fil-Microsoft Internet Explorer (IE) jagħżel Favorites, imbagħad Add to Favorites, jew inkella billi min-Netscape jagħżel Bookmarks, imbagħad Add Bookmarks.

Tfittxija

Biex wieħed jagħmel tfittxija irid jikteb kelma jew ġabra ta’ kelmiet fl-ispazju l-abjad fil-kaxxa "Fittex".  Meta jagħfas ir-return key jew il-"go" link jingħata lista ta’ dokumenti li jikkorrispondu mal-kelmiet miktuba.  Id-dokumenti misjuba jkunu ggradati, id-dokumenti li l-aktar jikkorrispondu jkunu fuq, waqt li aktar ma jinżel ’l isfel fil-lista wieħed isib dokumenti li jkunu dejjem anqas relevanti.

Għoti ta’ feedback

Is-sit tal-Uffiċċju tal-Passaporti jipprovdi formola biex jagħti ċans lil min jużah jagħmel il-kummenti tiegħu fuq il-website stess jew fuq is-servizz offrut minn kwalunkwe dipartiment jew uffiċċju fl-Uffiċċju tal-Passaporti.  Meta jkun mela l-formola wieħed irid jikklikkja fuq il-buttuna "Ibgħat" fil-qiegħ tal-paġna.  Malli jagħmel dan, l-informazzjoni tmur għand il-Customer Care Coordinator tal-Uffiċċju tal-Passaporti.

Issejvjar ta’ paġni

Wieħed jista’ jissejvja kwalunkwe paġna li tidher fis-sit għal ġol-local drive tiegħu.  Mill-menu option fil-Microsoft IE u Netscape wieħed irid jagħżel File, imbagħad Save.

File formats

Xi files f’dan is-sit qegħdin fil-forma ta' PDF (portable document format) mhux HTML jew ASP.  Biex ikun jista’ jaqra dawn il-files wieħed għandu bżonn l-Adobe Acrobat Reader.  Il-biċċa l-kbira tal-kompjuters fihom dan is-software, li jinfetah awtomatikament jekk wieħed jikklikkja fuq link ma' dokument PDF.  Madankollu, il-paġni f'dan is-sit li fihom dokumenti PDF jinkludu wkoll link minn fejn wieħed jista' jniżżel is-software.

Ittri Maltin

Kliem bil-Malti fil-verżjoni bl-Ingliż ta’ din il-website mhumiex miktuba bl-ittri Maltin (ċ, ġ, ħ, ż) biex min juża s-sit ma jkollux problemi ta’ inkompatibilità.  Fil-paġni bil-Malti, l-ittri Maltin qed jinkitbu bis-sistema Unicode.  Il-Unicode hu font standard ġdid internazzjonali li hu bbażat fuq fonts eżistenti, imma li għandu firxa usa’ ta’ ittri (inklużi l-ittri Maltin).  Kompjuters ġodda u riċenti ġeneralment ikun fihom fonts Unicode u għalhekk awtomatikament juru l-ittri Maltin kif suppost.  Jekk il-kompjuter tiegħek ma fihx fonts Unicode, tista’ tniżżel programm li jissapportja l-lingwa Maltija mis-sit tal-Malta Information Technology Agency (MITA).  Dan is-software fih xi fonts Unicode.

eGovernment Survey
Level A - W3C-WAI Web Content Accessibility
Logo Gov.mt
MITC_Logo
Copyright 2009
Developed by 2i ltd